89.7 Bay - Bay Breakfast with Daniel and Ylenia - 18 t'Ottubru, 2017

Decizjoni dwar Akkuza fil-konfront ta 89.7 Bay rigward il-programm Bay Breakfast with Daniel and Ylenia li xxandar fit-18 t Ottubru, 2017

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta 89.7 Bay dwar il-programm Bay Breakfast with Daniel and Ylenia fejn gie allegat ksur ta paragrafu 2.2 u 2.3 tal-Htigiet dwar ir-Reklami, Metodi ta' Reklamar u Direttivi dwar Reklamar ta' Tattoos (Legislazzjoni Sussidjarja 350.23) meta wahda mill-prezentaturi marret f tattoo studio biex taghmel tattoo fil-kuntest ta imhatra mal-prezentatur l-iehor. Matul il-programm kollu, li beda fis-6.30a.m. u ntemm fl-10.30a.m., wiehed seta jsegwi pass pass lil Ylenia waqt il-process biex taghmel tattoo. Lejn l-ahhar tal-programm sahansitra kien intervistat Frans, it-tattoo artist li hadem fuq it-tattoo ta' Ylenia. In oltre, skont l-akkuza dan l-agir kien meqjus bhala messagg hazin fuq il-mezzi tax-Xandir, aktar u aktar fi programm li jixxandar filghodu u li jmur kontra gosti tajbin u decenza u ghaldaqstant, dan jikkostitwixxi wkoll ksur ta' Artiklu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sur Kevin Decesare bhala detentur tal-licenzja li kien akkumpanjat mill-Avukat Andrea Gera de Petri u mis-Sinjuri Kevin Decesare Jr u Simon Lumsden, Kap tal-programmi, f seduta li nzammet fit-13 ta Novembru, 2017.

Min-naha tieghu is-Sur Decesare qal li minkejja li personalment kellu rizervi dwar ir-rilevanza tar-restrizzjonijiet imposti fl-imsemmija legislazzjoni fil-kuntest lokali odjern, din l-akkuza ma kinitx qed tigi kontestata.

Dr Gera de Petri qal li l-istazzjon bhal ma kien jaghmel dejjem kien tkellem ma ufficcjali tal-Awtorità dwar dan il-feature fil-programm, madankollu kien jidher li l-istruzzjonijiet ma gewx interpretati u implimentati sew minn min kien responsabbli fl-istazzjon.

Is-Sur Simon Lumsden min-naha tieghu, filwaqt li kkonferma dak li kien qal l-Avukat De Petri, sahaq fuq ir-relazzjoni tajba u l-kollaborazzjoni li kien hemm bejn l-istazzjon u l-ufficcjali tal-Awtorità. Zied li kien minnu li dwar dan il-kaz huwa kien ikkonsulta ma ufficcjali tal-Awtorità u kien hemm skambju ta e-mails li jixhed dan, madankollu bi zvista u b nuqqas genwin min-naha tieghu ma kienx interpreta sew id-direzzjoni li nghatat.

Is-Sur Lumsden qal li definittivament dan l-agir ma kienx intenzjonat u dan il-feature ma kienx parti minn kampanja pubblicitarja. Zied li dwar dan il-kaz genwin kien qed jitlob klemenza.

L-Awtorità wara li kkunsidrat is-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon, qablet li din l-akkuza kienet giet ippruvata. L-Awtorità nnutat li minkejja l-fatt li ufficcjali taghha kienu spjegaw u kkomunikaw mal-istazzjon qabel ix-xandira, il-ksur tal-ligi kien avvera ruhu xorta. L-Awtorità qablet li dan kien nuqqas serju min- naha tal-istazzjon u ma kellux jigi trattat b mod legger. In oltre, l-Awtorità qablet li kellha taghti messagg car lix-xandara li dan l-agir ma kienx ser jigi tollerat u ghal dan il-ghan iddecidiet li timponi l-penali relattiva u fl-ammont ta €930, liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.


Illum 1 ta Dicembru, 2017