Drittijiet mhux Karità

Stqarrija 52/07

Stedina

 

Drittijiet mhux Karità

Fl-okkażżjoni tas-“Sena Ewropea għal Opportunitajiet Indaqs”, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilità ser tniedi Manwal ta’ Linji Gwida ġodda dwar attitudni aktar pożittiva lejn persuni b’diżabilità.

Dawn il-linji gwida jitrattaw dwar diversi forom ta’ diżabilità f’okkażjonijiet jew sitwazzjonijiet differenti speċjalment fi preparazzjoni għall-produzzjoni ta’ programmi televiżivi jew tar-radju.

Għaldaqstant, nixtiequ nistednuk biex tattendi għat-tnedija ta’ dan il-manwal nhar it-Tnejn, 10 ta’ Diċembru, 2007, f’Dar L-Istudent, l-Università ta’ Malta fis-2:30 ta’ wara nofs in-nhar.  Il-programm ta’ l-okkażjoni ser ikun:

14:30 - 14:40    Diskors ta’ Ftuh
                         Onor. D. Cristina, Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali

14:40 - 15:00    15-20 minuta Powerpoint presentation
                         J.M. Camilleri, Chairman, KNPD

15:00 - 15:25    Rejazzjoni mill-Panel
                        (a)     L-Awtorità tax-Xandir
                        (b)     Istitut tal-Gurnalisti Maltin
                        (c)     Rev. Prof. S. Chircop
                                 Direttur, Centru ghat-Teknologija    tal-Kommunikazzjoni
                        (d)     Fr. Joe Borg
                                 Konsulent, Ministeru tat-Turizmu u Kultura
                        (e)     FOI

15:25 - 15:45  Diskussjoni Miftuha
                       Chair, Dr. Philip Farrugia Randon, Chairman, EYEO

15:45 - 15:55  Diksors ta’ l-Eghluq
                       Dr. Philip Farrugia Randon, Chairman, EYEO

16:00              Riċeviment

 

Mario Axiak, B.A. Hons., MBA (Maastricht)                                                                                                               6 ta’ Dicembru 2007
Kap Riċerka u Komunikazzjoni