Stqarrija 52/07
Stedina
Drittijiet mhux Karità
Fl-okkażżjoni tas-“Sena Ewropea għal Opportunitajiet Indaqs”, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilità ser tniedi Manwal ta’ Linji Gwida ġodda dwar attitudni aktar pożittiva lejn persuni b’diżabilità.
Dawn il-linji gwida jitrattaw dwar diversi forom ta’ diżabilità f’okkażjonijiet jew sitwazzjonijiet differenti speċjalment fi preparazzjoni għall-produzzjoni ta’ programmi televiżivi jew tar-radju.
Għaldaqstant, nixtiequ nistednuk biex tattendi għat-tnedija ta’ dan il-manwal nhar it-Tnejn, 10 ta’ Diċembru, 2007, f’Dar L-Istudent, l-Università ta’ Malta fis-2:30 ta’ wara nofs in-nhar. Il-programm ta’ l-okkażjoni ser ikun:
14:30 - 14:40 Diskors ta’ Ftuh
Onor. D. Cristina, Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali
14:40 - 15:00 15-20 minuta Powerpoint presentation
J.M. Camilleri, Chairman, KNPD
15:00 - 15:25 Rejazzjoni mill-Panel
(a) L-Awtorità tax-Xandir
(b) Istitut tal-Gurnalisti Maltin
(c) Rev. Prof. S. Chircop
Direttur, Centru ghat-Teknologija tal-Kommunikazzjoni
(d) Fr. Joe Borg
Konsulent, Ministeru tat-Turizmu u Kultura
(e) FOI
15:25 - 15:45 Diskussjoni Miftuha
Chair, Dr. Philip Farrugia Randon, Chairman, EYEO
15:45 - 15:55 Diksors ta’ l-Eghluq
Dr. Philip Farrugia Randon, Chairman, EYEO
16:00 Riċeviment
Mario Axiak, B.A. Hons., MBA (Maastricht) 6 ta’ Dicembru 2007
Kap Riċerka u Komunikazzjoni