Stqarrija għall-Istampa
2 ta’ Novembru 2020
PR 15/20
Xogħlijiet fuq it-Torri tal-Għargħur – L-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2020
L-Awtorità tixtieq tavża lill-pubbliku li nhar l-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2020, se jsiru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti u għaldaqstant bejn in-12:30 u l-16:00 hemm il-possibbiltà li xi servizzi jkollhom interruzzjonijiet jew ikun hemm qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju.
Dan l-intervent għandu r-riskji tiegħu u allura jista’ jkun hemm ċirkustanzi fejn it-trażmissjonijiet mit-Torri jkollhom jintfew kompletament għal perjodu qasir waqt il-manutenzjoni. Dan il-pjan ta’ manutenzjoni ser inaqqas is-saħħa tas-sinjal tat-trażmissjoni għall-ħabta tan-12:30 u jerġa’ jiġi kollox lura għan-normal fl-16:00.
Jekk ix-xogħol li hemm bżonn jitlesta qabel l-16:00, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.
L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.