[14/22] Penali għal rappurtaġġ ta' aħbarijiet

Stqarrija ghall-istampa

30 ta Awwissu 2022

PR: 14/22

 

Stqarrija dwar ir-Rappurtagg tad-delitt ta Mahmoud Adly fuq ix-Xandir Pubbliku.

 

Il-PBS ammetta l-akkuzi kollha mressqa fil-konfront tieghu mill-Awtorità tax-Xandir b rabta mar-rappurtagg tad-delitt ta Mahmoud Adly fil-Marsa u l-istazzjon kien ordnat ihallas penali ta Eur3610.

Fil-bulettini tal-ahbarijiet tat-20:00 li xxandru nhar il-Hadd 24 ta Lulju 2022 fuq l-istazzjonijiet TVM u TVMNews+ ixxandar servizz li fih dehru filmati espliciti ta tim mediku tal-isptar Mater Dei jamministra s-CPR u proceduri ohra ta rijanimazzjoni fuq Mahmoud Adly qabel ma dan ddahhal fl-ambulanza. Fis-servizz intwerew ukoll xeni mill-qrib tal-istess persuna b tali mod li din setghet tkun facilment rikonoxxibbli. Dan sar minkejja li sa dak il-hin l-identità ta Mahmoud Adly kienet ghadha mhux maghrufa. Barra minn hekk, TVM u TVMNews+ fl-ebda hin ma indikaw li l-filmati setghu ma kinux addattati ghat-tfal jew li setghu jimmpressjonaw lill-udjenzi. Dan wassal kemm ghall-investigazzjoni min-naha tal-Awtorità tax-Xandir kif ukoll ghal reazzjoni pubblika.

Mill-investigazzjoni li ghamlet l-Awtorità tax-Xandir irrizulta li dan is-servizz ixxandar bi ksur ta ;

  • Artiklu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir (minn aspett ta gosti tajbin)
  • Paragrafi 2.2, 2.3, 2,4, 2.7 u 3.2.5 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.16, Htigiet dwar Standards u Prattika dwar kif Ghandhom ikunu Rappurtati Tragedji fix-Xandir (li jirrigwardaw ir-rispett u d-dinjità tal-vittma u l-qraba taghha)
  • Paragrafu 8.8 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.14, Htigiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw ghal Bulettini tal-Ahbarijiet u l-Programmi ta Grajjiet Kurrenti (minn aspett ta sensazzjonalizmu u protezzjoni tal-udjenzi).

Fid-dawl tal-akkuza mahruga mill-Awtorità tax-Xandir nhar is-26 ta Lulju 2022, permezz ta ittra datata 3 ta Awwissu 2022, il-PBS ammetta l-akkuzi kollha mressqa fil-konfront tieghu u filwaqt li kkundanna l-pubblikazzjoni ta dawn il-filmati, sahaq li kienet ser tittiehed “azzjoni immedjata” ghat-tishih tal-mizuri necessarji sabiex dawn l-incidenti ma jergghux jirrepetu ruhhom.