Ċirkulari 12/22
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħol ta’ manutenzjoni fis-sit ta’ trażmissjoni tal-Għargħur
L-Awtorità tixtieq tavża li nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Novembru 2022 ser ikun qed isir xogħol ta’ manutenzjoni fis-sit ta’ trażmissjoni tal-Għargħur li matulu se jkun meħtieġ qtugħ fit-trażmissjonijiet tar-radju. Minħabba n-natura tax-xogħol, l-Awtorità ma tistax tuża l-antenna ta’ riserva matul dan il-perjodu.
Ix-xogħol mistenni jibda fis-14:00 u jdum madwar siegħa. Nixtiequ navżawkom li l-aħjar ikun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-13:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda dan ix-xogħol.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Georvin Zammit
Uffiċjal Tekniku
1 ta’ Novembru 2022
Ref : 15/61