Stqarrija għall-Istampa
28 ta’ Settembru 2020
PR 12/20
Qtugħ fit-trasmissjoni – L-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2020
L-Awtorità tixtieq tavża lill-pubbliku li nhar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2020 bejn is-14:00 u l-17:00 se jsiru xi xogħlijiet fuq it-torri tal-Għargħur jekk it-temp jippermetti. Dan ix-xogħol kien meħtieġ wara li xi ġimgħat ilu saret l-ewwel fażi ta’ spezzjonijiet mat-torri tal-Għargħur.
Dan ix-xogħol sfortunatament se jikkawża qtugħ fit-trasmissjoni matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Jekk ix-xogħol li hemm bżonn jitlesta qabel il-17:00, it-trasmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.
L-Awtorita’ tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.