Stqarrija għall-Istampa
9 ta’ Novembru 2021
Stq: 10/21
Xogħlijiet b’urġenza fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tinforma lill-pubbliku li għada l-Erbgħa 10 ta’ Novembru 2021 ser isiru xi xogħlijiet urġenti fuq it-Torri tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti.
Dawn il-manutenzjonijiet urġenti ser jibdew fid-09:00 u jdumu bejn wieħed u ieħor xi tliet sigħat. Matul dan il-perjodu ta’ ħin it-trażmissjoni tar-radju tista’ tkun interrotta f’xi ħinijiet.
Jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.
L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.