Qtugħ fit-trażmissjoni – Is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2020

Stqarrija għall-Istampa

29 ta’ Lulju 2020

PR 10/20

 

Qtugħ fit-trażmissjoni – Is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2020

 

L-Awtorità tixtieq tavża lill-pubbliku li nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2020 bejn is-06:00 u nofsinhar ser ikun hemm qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju minħabba spezzjoni u xogħol li jrid isir fuq it-Torri tal-Għargħur. Dan dejjem jekk it-temp jippermetti.

L-ispezzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur se sservi biex fl-immedjat isirlu l-manutenzjoni li hemm bżonn. 

L-Awtorità tax-Xandir tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.

BESbswy