Xogħol urġenti ta’ tiswija fuq l-Antenna tal-Għargħur

Ċirkulari 09/25

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Xogħol urġenti ta’ tiswija fuq l-Antenna tal-Għargħur

 

L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tavża li għada t-Tlieta 30 ta’ Diċembru 2025 ser ikun qed isir xogħol urġenti ta’ tiswija fuq l-Antenna tal-Għargħur matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu bejn id-9:00am u 12:00pm. It-trażmissjoni ser tkun qed tinqaleb fuq il-Backup Antenna u allura jista’ jkun hemm xi interuzzjonijiet qosra fit-trażmissjoni. F’kas li x-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni titreġġa’ lura għan-normal minnufih.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom.

 

Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

29 ta’ Dicembru 2025

Ref : 15/61