Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

Ċirkulari 09/22

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

 

L-Awtorità tixtieq tavża li nhar is-Sibt 16 ta’ Lulju 2022 ser ikun qed isir xogħol fuq nett tat-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti. Matul dan il-perjodu jistgħu jseħħu xi interruzzjonijiet fis-servizzi jew inkella qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju. Biex tnaqqas l-impatt għal dan ix-xogħol, filwaqt li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha, l-Awtorità se tkun qed taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta.

Ix-xogħol mistenni jibda fis-06:00 u jdum madwar 4 sigħat. Nixtiequ navżawkom li l-aħjar ikun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fil-05:00, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda dan ix-xogħol.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Georvin Zammit 
Uffiċjal Tekniku
8 ta’ Lulju 2022

Ref : 15/61