Stqarrija għall-Istampa
22 ta’ Lulju 2020
PR 09/20
Qtugħ fit-trażmissjoni – Is-Sibt 25 ta’ Lulju, is-Sibt 1 ta’ Awwissu u l-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020
L-Awtorità tixtieq tavża lill-pubbliku li nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju, is-Sibt 1 ta’ Awwissu u l-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020 bejn il-05:30 u d-09:30 ser ikun hemm qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju minħabba spezzjoni li trid issir fuq it-Torri tal-Għargħur. Dan dejjem jekk it-temp jippermetti.
L-ispezzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur se sservi biex fl-immedjat isirlu l-manutenzjoni li hemm bżonn.
L-Awtorità tax-Xandir tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.