Rilaxx: Immedjat
Data: 10 ta Mejju 2019
STQARRIJA GHALL-ISTAMPA 09/19
L-Awtorità tirreferi ghar-rapporti dwar il-partecipazzjoni tas-Sur Norman Lowell fuq programm tat-televizjoni lokali F Living.
L-Awtorità tax-Xandir fuq indikazzjoni tad-Dipartiment tal-Monitoragg l-ghada tax-xandira bdiet il-process ta evalvazzjoni tal-kontenut tax-xandira tal-5 ta April, u fit-12 ta l-istess xahar harget akkuza fil-konfront tal-programm Attwali tal-istazzjon F Living.
Id-decizjoni tal-Bord tal-Awtorità ittiehdet f seduta ta smigh li saret fis-17 ta April, 2019.
L-Awtorità osservat li wara l-intervent taghha u anki l-ghaqal tal-prezentaturi/gurnalisti tal-PBS, is-Sur Lowell kien aktar moderat u prudenti fil-kummenti tieghu fil-programmi li s issa ha sehem fihom.
Is-seduti tas-smigh tal-akkuzi huma pubblici filwaqt li d-decizjonijiet kollha tal-Awtorità jkunu ippubblikati fuq is-sit elettroniku http://www.ba-malta.org/badecisions_byyear
Din hija d-decizjoni hekk kif giet ikkomunikata lill-Istazzjon:
| Decizjoni dwar l-akkuza fil-konfront ta F Living rigward il-programm
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Karl Bonaci li kien akkumpanjat mis-Sur Gilio Pirrone f isem F Living u lis-Sur Kevin Mercieca ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fis-17 t April, 2019. Minn naha tieghu s-Sur Karl Bonaci qal li b dan il-programm l-istazzjon kien qieghed josserva d-direzzjoni tal-Awtorità billi jaghti spazju lill-mexxejja tal-partijiet differenti li kienu ser jikkontestaw l-elezzjoni u b hekk tinzamm hajja d-demokrazija. Zied li b dawn il-programmi l-istazzjon kien qed jirrispetta l-liberta tal-espressjoni. Is-Sur Bonaci qal li bhalu c-cittadini/votanti ukoll kellhom d-dritt li jkunu jafu x kien qieghed jghid is-Sur Lowell u dan biex ikunu nfurmati ahjar ghal min kellhom jivvutaw. L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat ukoll decizjoni precedenti taghha dwar kaz simili u filwaqt li rriaffermat l-importanza tat-tharis tad-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni sahqet li dan id-dritt ma kienx assolut u kienet ir-responabbiltà tal-istazzjon li jara u jassikura li d-drittijiet ta terzi persuni ikunu protetti. F dan il-kaz u in vista ta din l-argumentazzjoni ddecidiet li certi kummenti li kienu saru waqt il-programm in partikolari dawk dwar persuni b dizabilita kienu jmorru kontra l-gosti tajbin u ghalhekk qablet li l-akkuza f dan is-sens giet ippruvata u ddecidiet li kellha timponi l-penali ridotta fl-ammont ta elf mija u sittin Euro (€1160) liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika. Illum it-3 ta Mejju, 2019 |
Mario Axiak
Kap Ricerka u Komunikazzjoni
10 ta Mejju 2019