Ittestjar tal-Fireman Switch fis-sit tat-trażmissjoni tal-Għargħur

Ċirkulari 08/22

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Ittestjar tal-Fireman Switch fis-sit tat-trażmissjoni tal-Għargħur

 

Skont l-imejl li ntbagħtet fit-13 ta’ April 2022, l-Awtorità tixtieq tavża li nhar it-Tnejn 25 ta’ April 2022 ser tkun qed tittestja l-Fireman Switch li kienet ġiet installata fis-sit tat-trażmissjoni tal-Għargħur. Kif kien indikat, is-servizzi se jkunu temporanjament imwaqqfa għal madwar 63 sekonda sakemm it-tagħmir kollu jdur fuq il-generator. Il-generator ser jitħalla jaħdem għal 30 minuta u wara jkun hemm waqfien ieħor ta’ 63 sekonda sakemm it-tagħmir kollu jerġa’ jdur lura fuq il-provvista prinċipali tad-dawl.

Il-Fireman Switch ser ikun qed jingħafas fid-09:00 fid-data indikata hawn fuq. Għalhekk, ġentilment qed nitolbu li jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fit-08:30, f’każ biss li jkunu jridu jsiru xi arranġamenti meħtieġa.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nixtiequ ngħarrfukom li dan l-ittestjar ħa jkun qed isir biex jiġi żgurat li l-Fireman Switch jaqdi l-iskop tiegħu u jaqta’ kull tagħmir elettroniku f’każ ta’ nar. Nitolbukom sabiex tavżaw lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu mgħarrfa b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Georvin Zammit 
Uffiċjal Tekniku
18 ta’ April 2022

Ref : 15/61