Dibattitu għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, 2019

Rilaxx: Immedjat

Data: 10 ta’ Mejju 2019

PR 08/19

 

Dibattitu fi skema ta’ xandiriet politiċi

għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, 2019

 

Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskemi ta’ dibattiti bejn il-partiti politiċi u intervisti mill-kandidati indipendenti. 

Nhar it-Tnejn, 13 ta’ Mejju ser jixxandar it-tielet dibattitu għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bis-suġġett magħżul “L-Ekonomija u Xogħol”. 

Mistednin se jkun hemm rappreżentanti ta’:

  • Brain Not Ego - Antoine P Borg, 

  • Imperium Europa - Norman Lowell,

  • Partit Nazzjonalista - Francis Zammit Dimech, u 

  • Partit Laburista - Robert Micallef.

Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.45.  Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Melvic Zammit.

 

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni

10 ta’ Mejju 2019