Stqarrija għall-Istampa
21 ta’ Ġunju 2021
PR 06/21
Xogħol ta’ tiswijiet fuq it-Torri tat-trażmissjoni fil-Għargħur
L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tavża lill-pubbliku li nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju 2021 se jsiru xi xogħlijiet fuq it-Torri tat-trażmissjoni fil-Għargħur jekk it-temp jippermetti.
Ix-xogħlijiet huma mistennija li jibdew mid-09:00 u se jkunu qed jieħdu sa madwar erba’ sigħat biex jitlesta x-xogħol. Jista’ jkun li f’dan il-ħin it-trażmissjoni tar-radju tiġi interrotta.
Jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.
L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.