Dibattitu għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, 2019

Rilaxx: Immedjat

Data: 7 ta’ Mejju 2019

PR 06/19

 

Dibattitu fi skema ta’ xandiriet politiċi

għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, 2019

 

Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskemi ta’ dibattiti bejn il-partiti politiċi u intervisti mill-kandidati indipendenti. 

Għada l-Erbgħa, 8 ta’ Mejju ser jixxandar it-tieni dibattitu għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali bis-suġġett magħżul “L-Ambjent u l- Infrastruttura fil- Lokalitajiet”. 

Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Sandro Craus u Dean Hili għall-Partit Laburista u Alessia Psaila Zammit u Ivan Castillo għall-Partit Nazzjonalista.

Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.45.  Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Melvic Zammit.

 

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni

7 ta’ Mejju 2019