Ċirkulari 04/22
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur
Minħabba li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur ma tlestewx il-ġimgħa l-oħra, l-Awtorità tixtieq tavża li għada l-Ġimgħa 28 ta’ Jannar 2022 ser ikunu qed jiġu finalizzati dawn ix-xogħlijiet jekk it-temp jippermetti. Kif ġara l-ġimgħa l-oħra, matul dan ix-xogħol l-Awtorità se tkun qed tuża l-antenna ta’ riżerva biex il-qtugħ fit-trażmissjoni tkun mill-inqas iżda jista’ jkun hemm waqtiet fejn ikun hemm qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju.
Iżda jista’ jkun hemm waqtiet fejn it-trażmissjonijiet mit-Torri jkollhom jintfew kompletament għal perjodu qasir waqt il-manutenzjoni. Għaldaqstant xi servizzi ser ikollhom interruzzjonijiet jew ikun hemm qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju.
Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni ser isiru għada l-Ġimgħa 28 ta’ Jannar bejn id-08:45 u 12:00. Nitolbukom biex fit-08:30 ikun hemm il-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda jsir dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, intennu li din il-manutenzjoni ser issir sabiex nassiguraw titjib fuq l-istat tat-Torri tal-Għargħur. Nitolbukom sabiex tavżawlill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu mgħarrfa b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
27 ta’ Jannar 2022
Ref : 15/61