Xogħol ta’ tiswijiet fuq it-Torri tat-trażmissjoni fil-Għargħur

Stqarrija għall-Istampa

26 ta’ Marzu 2021

PR 04/21

 

Xogħol ta’ tiswijiet fuq it-Torri tat-trażmissjoni fil-Għargħur

  

L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tavża lill-pubbliku li nhar it-Tlieta 30 ta’ Marzu 2021 se jsiru xi xogħlijiet fuq it-Torri tat-trażmissjoni fil-Għargħur jekk it-temp jippermetti.

Ix-xogħlijiet huma mistennija li jibdew mid-09:00 u se jkunu qed jieħdu sa madwar sitt sigħat biex jitlesta x-xogħol. Jista’ jkun li f’dan il-ħin it-trażmissjoni tar-radju tiġi interrotta.

Jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst. L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.