Ċirkulari 03/25
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Testijiet madwar it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tixtieq tavża li nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2025 ser ikunu qegħdin isiru il-kumplament tat-testijiet madwar it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur. Minħabba li se tintefa l-Master Antenna biex isiru dawn it-testijiet, l-Awtorità se tkun qed taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta.
It-testijiet mistennija jsiru bejn it-8:00 u s-14:00. Nixtiequ navżawkom li importanti li jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur tal-anqas kwarta qabel il-ħinijiet imsemmija, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibdew dawn it-testijiet.
Filwaqt li għal darb’oħra nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
24 ta’ Frar 2025
Ref : 15/61