Ċirkulari 03/23
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tixtieq tavża li nhar it-Tnejn, 30 ta’ Jannar 2023 ser ikun qed isir xogħol fuq nett tat-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti. Matul dan il-perjodu jistgħu jseħħu xi interruzzjonijiet fis-servizzi jew inkella qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju. Biex tnaqqas l-impatt ta’ dan ix-xogħol, filwaqt li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha, l-Awtorità se tkun qed taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta.
Ix-xogħol mistenni jibda fid-09:00 u jdum madwar 4 sigħat. Nixtiequ navżawkom li l-aħjar ikun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fit-08:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda dan ix-xogħol.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Georvin Zammit
Uffiċjal Tekniku
18 ta’ Jannar 2023
Ref : 15/61