Stqarrija għall-Istampa
9 ta’ Marzu 2021
PR 03/21
Qtugħ fit-Trażmissjoni – Bejn il-Ħamis 11 ta’ Marzu u l-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021
L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tavża lill-pubbliku li bejn nhar il-Ħamis 11 ta’ Marzu u l-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021 se jsiru xi xogħlijiet fuq it-Torri tal-Għargħur. Dan bil-għan li jkomplu x-xogħlijiet fuq bdil fis-sistema tal-elettriku, għalhekk se jkun hemm bżonn ta’ qtugħ fit-trażmissjonijiet kif ġej:
il-Ħamis 11 ta’ Marzu qtugħ mid-21:00 sal-Ġimgħa 12 ta’ Marzu fil-05:00.
Jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.
L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.