Xogħlijiet b’urġenza fuq it-Torri tal-Għargħur

Stqarrija għall-Istampa

27 ta’ Jannar 2022

Stq: 02/22

 

Xogħlijiet b’urġenza fuq it-Torri tal-Għargħur

 

L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tinforma lill-pubbliku li nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar 2022 ser isiru xi xogħlijiet urġenti fuq it-Torri tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti.

Dawn ix-xogħlijiet ser jibdew mid-08:45 sa nofsinhar. Matul dan il-perjodu ta’ ħin it-trażmissjoni tar-radju tista’ tkun interrotta f’xi ħinijiet.

Jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.

L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.