Żjara ta’ kortesija mill-Awtorità tax-Xandir lill-E.T. l-President George Vella

Release: Immediate Release

Date: 24 ta' Jannar 2020
PR 02/20

Stqarrija għall-Istampa
Media Release


Żjara ta’ kortesija mill-Awtorità tax-Xandir lill-E.T. l-President George Vella

Wara l-ħatra taċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir is-Sur Frank V. Farrugia fis-6 ta’ Novembru 2019 u l-ħatra mill-ġdid tal-Membri tal-Bord (Dr Peter Fenech, is-Sur Charlo Bonnici, is-Sur Francis Ghirxi u Dr Alessandro Lia), saret żjara ta’ kortesija lill-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella. Din il-laqgħa saret it-Tnejn 6 ta’ Jannar 2020 fil-Palazz ta’ San Anton.

Fil-laqgħa l-Awtorità tat donazzjoni lill-fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund.

Il-Bord tal-Awtorità kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv, Dr Joanna Spiteri, u s-Segretarju tal-Bord, Dr Simon Manicolo.

 

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni