Rilaxx: Immedjat
Data: 28 ta April 2019
PR 02/19
Dibattitu fi skema ta xandiriet politici
Bhalma ghandha l-obbligi li taghmel ai termini ta Artiklu 13 (4) tal-Att dwar ix-Xandir, bi thejjija ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali minn ghada t-Tnejn 29 ta April, l-Awtorità se taghti bidu ghal skemi ta dibattiti politici.
L-Awtorità fasslet zewg skemi ghaz-zewg elezzjonijiet b mod separat. Dawn iz-zewg skemi jikkonsistu fi spots u produzzjonijiet politici, u numru ta dibattiti u intervisti qosra bis-sehem tal-partiti politici kollha inkluz ukoll il-kandidati indipendenti li se jikkontestaw ghall-elezzjonijiet.
Ghada t-Tnejn,29 ta April ser jixxandar l-ewwel dibattitu bis-suggett maghzul mill-Awtorità tax-Xandir “Gustizzja u d-drittijiet fundamentali u l-politika tal-immigrazzjoni”.
Il-kelliema ghal dan id-dibattitu ser ikunu Frank Psaila ghall-Partit Nazzjonalista, Martin Cauchi Inglott ghall-Partit Demokratiku, Mina Tolu ghall-Alternattiva Demokratika u James Grech ghall-Partit Laburista.
Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM2 fid-20.45. Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Mario Xuereb.
Mario Axiak
Kap Ricerka u Komunikazzjoni
28 ta April 2019