Testijiet madwar it-Torri tal-Għargħur

Ċirkulari 01/25

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Testijiet madwar it-Torri tal-Għargħur

 

L-Awtorità tixtieq tavża li nhar il-Ħamis 20 u nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Frar 2025 ser ikun qed isiru testijiet madwar it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti. Minħabba li se tintefa’ l-master antenna biex isiru dawn it-testijiet, l-Awtorità se tkun qed taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta.

It-testijiet mistennija jibdew bejn Nofsinhar (12:00) u l-Ħamsa ta’ fl-għaxija (17:00) nhar il-Ħamis u bejn id-disgħa ta’ filgħodu (09:00) u l-Ħamsa ta’ fl-għaxija (17:00) nhar il-Ġimgħa. Nixtiequ navżawkom li mportanti li jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur ta l-anqas kwarta qabel il-ħinijiet msemmija, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibdew dawn it-testijiet.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
5 ta’ Frar 2025
Ref : 15/61