Stqarrija għall-Istampa
14 ta’ Jannar 2022
Stq: 01/22
Xogħlijiet b’urġenza fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tinforma lill-pubbliku li nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2022 u l-Erbgħa 19 ta’ Jannar 2022 ser isiru xi xogħlijiet urġenti fuq it-Torri tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti.
It-Tnejn 17 ta’ Jannar 2022 dawn il-manutenzjonijiet urġenti ser jibdew mid-09:00 sa nofsinhar u l-Erbgħa 19 ta’ Jannar 2022 min-nofsinhar sal-16:00. Matul dan il-perjodu ta’ ħin it-trażmissjoni tar-radju tista’ tkun interrotta f’xi ħinijiet.
Jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.
L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.