November 05, 2015
Calypso Radio - Tnax-il Siegħa ta' Xandir - 9 ta' Diċembru 2008
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li matul tnax-il siegħa ta' trażmissjoni l-istazzjon Calypso Radio li kien kiser il-paragrafi 4, 9 u 28 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li f'xi ħinijiet u f'partijiet meqjusa bħala kontenut, il-preżentaturi nstemgħu jagħtu dettalji reklamatorji u kif ukoll peress illi matul l-imsemmija trażmissjoni l-istazzjon qabeż il-massimu ta' ħin allokat ...
November 05, 2015
ONE - B'Xortik ma' Robert - 25 ta' Novembru 2008
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm B'Xortik ma' Robert li xxandar fuq ONE TV fil-25 ta' Novembru 2008, kiser il-paragrafi 4, 9 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir kif ukoll tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u Sms'es fil-Mezzi tax-Xandir.Dan peress li dehru reklami waqt is-sigla, ma ngħatax prezz tal-Sms, deher fokar eċċessiv fuq ...
November 05, 2015
TVM - Bondi+ - 1 u 8 ta' Diċembru 2008
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Bondi+ tal-1 u tat-8 ta' Diċembru 2008, kien kiser il-paragrafu 25 tat-Tielet Skeda dwar ix-Xandir peress li kien xandar 13.30 u 15.30 ta' minuti ta' reklamar bejn 21.00 u 22.00.Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u wara li vverifikat il-ħin totali ta' promozzjoni li kellu jitqies bħala reklamar għal skopijiet ta...
November 05, 2015
TVM - Crosscraft - 3 ta' Dicembru, 2008
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza li l-programm Crosscraft tat-3 ta Dicembru, 2008, kiser il-paragrafi 31, 34 u 43 tat-Tielet Skeda ta l-Att dwar ix-Xandir, peress li l-programm naqas li jaghti deskrizzjoni tal-prodotti u l-prezzijiet taghhom u tal-sms s, u peress li deher ukoll reklam tal-Crosscraft bhala parti mit-telebejgh. Wara li l-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lill-istazzjon ...
November 05, 2015
TVM - Ħadd Għalik - 7 ta' Diċembru, 2008
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Ħadd Għalik tas-7 ta' Diċembru 2008 kien kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li parti mir-reklam ta' stabbiliment tal-għamara kien ukoll parti mis-set tal-programm.Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, hija sabet li kien hemm ksur tal-liġi u li din ma kinitx l-ewwel da...