TVM - Crosscraft - 3 ta' Dicembru, 2008

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza li l-programm Crosscraft tat-3 ta Dicembru, 2008, kiser il-paragrafi 31, 34 u 43 tat-Tielet Skeda ta l-Att dwar ix-Xandir, peress li l-programm naqas li jaghti deskrizzjoni tal-prodotti u l-prezzijiet taghhom u tal-sms s, u peress li deher ukoll reklam tal-Crosscraft bhala parti mit-telebejgh.

Wara li l-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lill-istazzjon u rat video tal-programm, hija sabet li l-akkuzi gew ippruvati, izda rrizulta li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab hati ta dan il-ksur.

Ghalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-hames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddecidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.

L-Awtorità hadet nota tal-istqarrija li saret mir-rapprezentant tal-istazzjon rigward rati ta smss u rati premium u ddecidiet li tinforma lill-istazzjon li hu fl-interess tieghu u tal-konsumatur li jinghad li r-rati applikabbli huma dawk normali.