TVM - Ħbieb u Għedewwa - 29 ta' Mejju, 2018

Decizjoni dwar l-akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm
Hbieb u Ghedewwa li xxandar fid-29 ta Mejju, 2018

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm Hbieb u Ghedewwa li xxandar fid-29 ta Mejju, 2018 fejn gie allegat ksur ta Artiklu16M(3)(c) tal-Att dwar ix-Xandir, meta matul din id-drama, kien hemm xena partikolari li kienet esklussivament iddur mad-ditta Nestle u l-prodotti Dolce Gusto. Fix-xena inkwistjoni l-attrici dehret diehla fin-Nestle Consumer Centre issarraf pakketti tad-Dolce Gusto. Fix-xena nghataw dettalji dwar kif tahdem l-iskema ta tfaddil u premjijiet li qed toffri din id-ditta. Dan kollu bl-ebda mod ma kellu x jaqsam man-narrattiva tad-drama u ghaldaqstant jitqies bhala thematic placement fejn in-narrattiva ddur mal-prodott minflok li l-prodott ikun inserit fin-narrattiva. Ghaldaqstant l-inkluzjoni ta din ix-xena flimkien mal-iffukar u t-tul jikkostitwixxu prominenza mhux dovuta u b hekk sehh ksur ta Artiklu 16M(3)(c) tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u s-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u Dottor Michael Vella Haber u lil Ms Evelyn Saliba La Rosa ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fit-8 t Awwissu, 2018.

Minn naha tieghu Dr Vella Haber filwaqt li ammetta l-akkuza qal li ilu jipproduci serje televizivi ghall-ahhar tmien snin u din kienet l-ewwel darba li resaq quddiem l-Awtorità dwar akkuza u dan ghax il-produzzjoni kienet toqghod attenta u tfittex li tirrispetta r-regoli u l-ligi. Zied li l-intenzjoni wara l-iskema ghat-tfaddil ta pakketti tal-prodott Dolce Gusto kienet wahda karitatevoli u l-produzzjoni kienet qed tipprova tghin din il-kampanja u ma kellha l-ebda introjtu finanzjarju.

Dr Michael Vella Haber qal li d-dar tal-produzzjoni kienet tipproduci madwar 400 episodju fis-sena u wiehed ma setax jeskludi li xi darba ikun hemm xi nuqqas minkejja l-attenzjoni f dan ir-rigward ezercitata f kull episodju.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza giet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali ridotta relattiva ta €1750 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika.

Illum 8 t Awwissu, 2018