Min Aħna

Randolph Micallef

Randolph Micallef - Chief Licensing u Compliance

Is-Sur Randolph Micallef beda l-karriera tiegħu mal-Awtorità tax-Xandir fl-2007 wara li kiseb il-Baċellerat bl-Unuri fl-Istudji Ewropej mill-Università ta' Malta. Minn dak iż-żmien 'l hawn ħadem f'għadd ta' xogħlijiet fid-dipartiment tal-monitoraġġ fosthom bħala Kap tal-Monitoraġġ. Fl-2021 inħatar bħala Chief Licensing u Compliance. Bħala membru tat-tim tal-Awtorità, għamel għadd ta' xogħlijiet fi ħdan l-awtorità, fosthom tella' x-xandiriet politiċi waqt il-kampanji elettorali u ħa sehem, f'isem l-Awtorità tax-Xandir, f'għadd ta' fora u gruppi tax-xandir Ewropej.

 

lura