Stqarrija 3/07
Akkuża fir-rigward tal-Programm “TVM Kids” fuq TVM
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża dwar il-programm “TVM Kids” li xxandar fuq TVM fit-3 ta’ Jannar 2007.
Fl-akkuża ġie allegat li f’dan il-programm kien hemm ksur ta’ l-artikoli 20(1)(b) u 20(2) ta’ l-Att dwar ix-Xandir u tal-paragrafi 2(a), (b), (d), (e), (f), (g) u 3(c) u (d) tal-Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb ta’ l-Ilsien Malti.
Wara li l-Awtorita' semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u wara li rat il-filmat relattiv, hija kkonkludiet illi filwaqt li ma hemm xejn ħażin li programmi fuq ix-xandir nazzjonali jsiru bl-Ingliż, fil-każ ta’ programmi li jiġu prodotti lokalment għat-tfal dawn għandhom isiru bl-ilsien Malti. L-Awtorita' ma qablitx li fl-istess programm il-preżentatriċi tuża kemm l-ilsien Malti u dak Ingliż meta setgħet faċilment tuża l-ilsien Malti biss. L-Awtorita' hija tal-fehma illi meta jitħaltu l-ilsna b’dan il-mod, anke jekk f’partijiet differenti ta’ l-istess programm, dan ikun qed imur kontra dak li jijpprovdi l-Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb ta’ l-Ilsien Malti. L-Awtorita' hija tal-fehma li l-preżentatriċi għandha għalhekk tul il-programm kollu tuża lsien wieħed, dak Malti.
Wara li l-Awtorita' rat id-disposizzjonijiet tal-li[i hawn fuq imsemmija u nnutat li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm kiser il-liġi, l-Awtorita' ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali aġir.
Akkuża fir-rigward tal-Programm “KO” fuq One TV
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża dwar il-programm “KO” li xxandar fis-7 ta’ Diċembru 2006 fuq One TV.
Fl-akkuża ġie allegat li f’dan il-programm kien hemm ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir kif jirriżulta mill-anness rapport.
Wara li l-Awtorita' semgħet lill-Kap żsekuttiv u lill-istazzjon u wara li l-Awtorita' rat il-filmat relattiv, hija ddeċidiet illi fl-introduzzjoni għal-logħba in kwistjoni l-preżentatriċi semmiet l-istabbiliment minn fejn il-logħba ġiet imxandra u tul il-logħba kollha t-telespettaturi setgħu jaraw il-prodotti ta’ l-istess stabbiliment. Għalhekk, l-akkuża ġiet ippruvata, aktar u aktar meta wieħed iqis li meta ntwerew dawn il-prodotti ma ttellgħetx il-caption “Messaġġ Promozzjonali”.
Wara li l-Awtorita' rat l-artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir u l-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-istess Att u nnutat li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm kiser l-Att dwar ix-Xandir, hija ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali aġir.
Akkuża fir-rigward tal-Programm “Ħbieb jew Le” fuq NET TV
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar il-programm “Ħbieb jew Le” tal-25 ta’ Novembru 2006 fuq NET TV.
Fl-akkuża ġie allegat illi f’dan il-programm kien hemm ksur tal-paragrafi 4, 9 u 20(c) tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir.
Wara li l-Awtorita' semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat relattiv, hija kkonkludiet illi l-preżentaturi ta’ dan il-programm irreferew għal restaurant partikolari b’ismu u taw dettalji estensivi dwar dan ir-restaurant mingħajr ma dehru l-kliem “Messaġġ Promozzjonali”.
Wara li l-Awtorita' rat l-artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir u l-paragrafi 4, 9 u 20(c) tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, hija kkonkludiet li l-akkuża ġiet ippruvata iżda in vista tal-fatt li din kienet l-ewwel darba li sar ksur tal-Liġi tax-Xandir minn dan il-programm, l-Awtorita' ddeċidiet li twiddeb lil dan l-istazzjon biex ma jirrepetix tali aġir.
Akkuża fir-rigward ta’ Radji tal-Komunita’
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv fejn [ie allegat illi b’ referenza g]a`-`irkularijiet numri 22/06 datata 26 ta’ Mejju 2006 u 43/06 datata 14 ta’ Novembru 2006 u r-reminders li ntbag]tu wara, l-istazzjonijiet tal-komunita’ Radju Vilhena, Radju Three Cities u Radju Katidral naqsu li jibg]atu l-lista ta’ reklami għall-perijodu Lulju sa Settembru 2006 u dan bi ksur ta’ l-artikolu 15 ta’ l-Att dwar ix-Xandir u l-paragrafu 1 (d) ta’ l-Ewwel Skeda ta’ l-imsemmi Att.
Wara li l-Awtorita' semg]et kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjonijiet kon`ernati, l-Awtorita' [iet mg]arrfa illi tali lista ta’ programmi kienet se tintbag]at dik il-[img]a stess. G]alhekk, wara li l-Awtorita' rat l-artikolu 15 u 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir u l-paragrafu 1 (d) ta’ l-Ewwel Skeda ta’ l-istess Att, peress li din kienet l-ewwel darba li sar tali ksur, l-Awtorita' dde`idiet li twiddeb lill-istazzjonijiet kon`ernati biex ma jirrepetux tali a[ir u li jibag]tu l-informazzjoni mitluba fiż-żmien indikat lilhom
Direttiva ta’ l-Awtorita' tax-Xandir dwar Education 22
L-Awtorita' tax-Xandir ħarġet ukoll direttiva lill-istazzjon tat-televiżjoni Education 22 li taqra kif ġej:
L-Awtorita' kellha quddiemha monitoring report dwar il-programm 22a.m. li jkopri l-perijodu Ottubru sa Diċembru 2006.
Minn dan ir-rapport jirriżulta illi fil-programmi tat-13 ta’ Novembru 2006 u tas-16 ta’ Novembru 2006 kien hemm tliet każijiet fejn dehru sindki Nazzjonalisti u fl-ebda programm tul dawn it-tliet xhur ma saret xi intervista ma’ Sindki Laburisti li l-kunsilli tagħhom ukoll jorganizzaw taħriġ dwar l-informatika. Fil-fatt, fil-programm tat-13 ta’ Novembru 2006 saret intervista lis-Sindku Nazzjonalista tal-Mosta, is-Sur Joe Demartino u fil-programmi tas-16 ta’ Novembru 2006 saru żewġ intervisti lil Kunsillier Nazzjonalista Peter Buontempo mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u lil Michael Fenech Adami, Sindku Nazzjonalista ta’ B’Kara.
L-Awtorita' tifhem li l-iskop ta’ din ir-rokna huwa li tagħti tagħrif lill-pubbliku in ġenerali dwar programmi edukattivi organizzati mill-Kunsill Lokali. Għalkemm l-Awtorita' taħseb li jkun aħjar illi tidher il-persuna konċernata li qed torganizza dawn il-korsijiet aktar milli s-sindki, l-Awtorita' hija tal-fehma illi meta jkun hemm parteċipazzjoni ta’ sindki li jappartjenu lil partit politiku wieħed biss bħalma s’issa kien il-każ f’dawn i-tliet xhur ta’ programmar, dawn għandhom jiġu bilanċjati b’sindki li jappartjenu għal partiti politiċi oħra. Għalhekk, l-Awtorita' qed tagħti direttiva lil Education 22 biex f’każ li jidhru sindki f’dan il-programm, huma jintgħażlu minn partiti politiċi differenti.
Mill-istess monitoring report ta’ dawn it-tliet xhur jidher ukoll li kull nhar ta’ Ħamis qed jipparteċipa s-Sur Claude Sciberras, Communications Coordinator fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Din il-parteċipazzjoni kienet regolari u anke qed tissokta din is-sena wkoll. L-Awtorita' tinnota illi din il-persuna qed tirrapreżenta l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u, filwaqt li m’hemm xejn ħażin li tingħata informazzjoni dwar il-politika addottata mill-Ministeru dwar l-edukazzjoni fil-gżejjer Maltin, jirriżulta illi la l-veduti ta’ l-Oppożizzjoni u lanqas dawk ta’ entitajiet oħra midħla tas-suġġett in kwistjoni bħal trade unions, korpi kostitwiti, kunsilli skolastiċi, għaqdiet volontarji u ġenituri mhu qed jingħataw l-opportunita’ li jxandru l-veduti tagħhom, anke jekk kontrastanti għal dawk tal-Ministeru f’dan il-programm bil-konsegwenza xejn mixtieqa li din ir-rokna qed tispiċċa qisha notice board tal-politika tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni mingħajr l-iċken tentattiv biex tingħata stampa aktar wiesa’ dwar dik il-politika edukattiva u r-reazzjonijiet għaliha mis-soċjeta’ Maltija. Għalhekk, l-Awtorita' tippretendi li l-format ta’ din ir-rokna titwessa biex tiżgura li jkun hemm opinjonijiet oħra differenti mxandra f’din l-istess rokna.
Fl-aħħarnett, l-Awtorita' rat ukoll il-programm tas-17 ta’ Novembru 2006 fejn dehret Daniela Borg Mizzi titkellem dwar il-proġetti għat-toroq. L-Awtorita' għad trid tifhem il-kontenut edukattiv ta’ din ir-rokna u għalhekk qed titolbok tagħti l-ispjegazzjoni relattiva.
Mario Axiak 25 ta’ Jannar 2007
Kap Komunikazzjoni u Riċerka
Awtorita' tax-Xandir