Min Aħna

gordon

Gordon Dimech - Chief Technical Officer

Is-Sur Gordon Dimech ingħaqad mal-Awtorità tax-Xandir, fis-sena 2024. Għandu l-lawrja tal-Baċellerat fix-Xjenza (B.Sc. (Hons)) fil-Ħidma tal-Kompjuters mill-Università ta' Greenwich. Matul il-karriera tiegħu, is-Sur Dimech ħadem f'għadd ta' rwoli, fosthom bħala Chief Information Officer fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, tal-Isport, taż-Żgħażagħ u tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Fost ir-rwoli li kellu qabel, is-Sur Dimech kien Lettur tal-Informatika ġewwa l-MCAST, Assessur/Evalwatur tal-Informatika ma' għadd ta' istituzzjonijiet u Management Information Systems Officer mal-Ministeru tal-Finanzi.

Is-Sur Dimech għandu firxa wiesgħa ta' ħiliet fl-informatika bħal, ngħidu aħna, fl-oqsma tan-Networking u tal-Applikazzjonijiet tas-Software tal-Kompjuters u għandu għarfien kbir fil-qasam tat-Telekomunikazzjoni. Huwa wkoll membru tal-grupp e-IRG, għaqda Ewropea li taħdem biex ittejjeb l-infrastruttura diġitali tal-istati Ewropej.

 

<- lura