Min Aħna

Frank V. Farrugia

Frank V. Farrugia - Chairman

Frank V. Farrugia huwa l-eks President u l-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija. Huwa ssieħeb mal-Kamra tal-Kummerċ fl-1976. Kien membru tal-bord tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini u kien ukoll Direttur ta' Malta Counter Trade.

Is-Sur Farrugia beda l-karriera tiegħu ma' Rediffusion Malta Ltd bħala Mapping Clerk fid-Dipartiment tal-Inġinerija u mbagħad mar jaħdem fid-Dipartiment Editorjali tar-rivista Gwida.

F'Ġunju tal-1973 sar azzjonist, imsieħeb u nħatar direttur tal-kumpanija l-ġdida Universal Import and Export Ltd. Bejn l-1975 u l-1991 ħadem bħala Direttur tal-Bejgħ u t-Tiswiq fil-qasam tal-manifattura għall-esportazzjoni fis-swieq Ġermaniżi u Skandinavi. Matul das-snin, ħa sehem f'għadd ta' taħriġ fl-oqsma tat-tmexxija, tat-tiswiq u tal-bejgħ, kemm f'Malta kif ukoll fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Lvant Imbiegħed.

Illum is-Sur Farrugia huwa sid u direttur eżekuttiv ta' kumpanija li tbigħ it-tessuti u ta' kumpanija li tagħti l-għodda għall-professjonisti, tfassal is-sistemi tal-inġinerija, twettaq xogħlijiet ta' żamma u trattamenti kimiċi għall-industrija u tbigħ it-teknoloġija tar-Reverse Osmosis u t-tisfija tal-ilma. Il-grupp tal-kumpaniji ma jaħdimx biss f'Malta imma jesporta u jagħti s-servizzi tiegħu lil kumpaniji fl-Afrika ta' Fuq.

F'Ottubru tal-2019 inħatar bħala Direttur tal-Eurochambers waqt l-Assemblea Plenari numru 124 fi Brussell. Eurochambers tagħti leħen lil iktar minn 20 miljun negozju fl-Ewropa. Hija magħmula minn 46 għaqda li taħthom għandhom xirka Ewropea ta' 1,700 kamra tal-kummerċ reġjonali u lokali.

 

lura