Min Aħna

Francis Ghirxi

Francis Ghirxi - Membru tal-Bord

Is-Sur Frans Ghirxi ilu jaħdem fil-qasam tal-ġurnaliżmu u x-xandir minn mindu beda l-karriera tiegħu fil-gazzetti tal-Union Press bħala ġurnalist f'April tal-1976 li wasslitu biex fl-1988 inħatar bħala l-Kap tal-Aħbarijiet Kurrenti. F'Lulju tal-1993 inħatar bħala l-Editur Eżekuttiv tal-gazzetta ta' kuljum tal-Union Press, l-orizzont,u  fl-2021 inħatar bħala l-Kap tal-Pubblikazzjonijiet tal-Union Press. Qeda dawk iż-żewġ ħatriet sakemm fl-April tal-2010 laħaq l-età tal-irtirar. Ħa sehem f'taħriġ dwar il-ġurnaliżmu u x-xandir imtella' minn Radio Nederland f'Hilversum, l-Olanda (1983) u fl-Istati Uniti tal-Amerka (1994) imtella' mill-Programm USIA tal-Mistednin Barranin tal-Aġenzija tal-Informazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka. Ħa ħsieb it-tlugħ u l-preżentazzjoni ta' programmi tad-diskussjoni tat-televiżjoni fuq Super One Television u sa Ġunju tal-2016 kien jieħu ħsieb programm tad-diskussjoni li kien jittella' darba fil-ġimgħa fuq  ONE Radio. Ilu jaqdi d-dmirijiet bħala Membru tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir minn Ġunju tal-2016.

 

lura