Min Aħna

Dr Peter Fenech

Dr Peter Fenech, LL.D. M.A. (Sussex) - Membru tal-Bord

Dr Peter Fenech studja l-liġi fl-Università ta' Malta u ggradwa bħala avukat fl-1993. Fl-1994 kiseb M.A. fl-Istudji Ewropej mill-Università ta' Sussex. Dr Fenech ilu avukat fil-Qrati Maltin mill-1994. Kien lettur mistieden mill-EDRC fejn kien jagħti taħditiet dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-UE u llum qed jgħallem il-liġi tal-kumpaniji u l-liġi kummerċjali lill-istudenti tal-ACCA. Dr Fenech kien iċ-Chairman ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u tat-Teatru Manoel u kien ukoll il-President tal-Kunsill tal-Ispiżjara. Bejn l-2007 u l-2010 kien il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija. Fl-2006 inħatar Chairman ta' Melita Unipol Insurance Brokers. Kien ukoll konsulent legali ta' għadd ta' aġenziji tal-gvern fosthom il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza u ċ-Ċentru għax-Xogħol u t-Taħriġ. Dr Fenech ilu jaqdi d-dmirijiet bħala membru tal-Awtorità tax-Xandir mill-2011.
 

 

lura