
Charlo' Bonnici, B.A., Dip. Ger, M.A. (Leicester) - Membru tal-Bord
Is-Sur Charlo' Bonnici kiseb il-lawrja tal-Masters fil-Komunikazzjoni mill-Università ta' Leicester fl-2007. Ilu iktar minn 30 sena jaħdem fil-qasam tax-xandir u l-ġurnaliżmu. Matul il-karriera tiegħu tella', ħa ħsieb u ppreżenta għadd ta' programmi tar-radju u tat-televiżjoni fuq ħafna stazzjonijiet lokali. Kien l-ewwel Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta' NET TV fl-1998. Kien ukoll il-produttur eżekuttiv ta' għadd ta' edizzjonijiet tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa kif ukoll ta' xandiriet speċjali bħal dawk marbuta mal-Jum Nazzjonali tat-Tfal, il-Premju Ħaddiem tas-Sena u l-Premju Anzjan tas-Sena. Bejn l-1999 u l-2003 kien iċ-Chairman tal-kumitat tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa. Is-Sur Bonnici bħalissa huwa d-Direttur tar-Riżorsi Umani u tal-Komunikazzjoni għal wieħed mill-gruppi tal-kumpaniji ewlenin f'Malta. Kien Membru tal-Parlament bejn l-2008 u l-2017 u Viċi Sindku ta' Ħ'Attard bejn l-2007 u l-2008.