Media Release: 53/07
Akkuża fir-rigward tal-Programm "Flimkien" fuq TVM
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar il-programm "Flimkien" li xxandar fuq TVM fil-24 t'Ottubru, 2007. Fl-akkuża ġie allegat li f'dan il-programm kien hemm ksur tal-paragrafi 20(c), 24, 34 u 44 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir u paragrafi 3.2 u 4.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta' l-2007 dwar it-Tmexxija ta' Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta' Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir.
L-Awtorità kellha wkoll akkuża oħra dwar il-programm "Flimkien" tas-6 ta' Novembru, 2007 li fih ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 4, 9, 20(c), 13, 31, 34 u 44 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir, u paragrafu 4.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta' l-2007 dwar it-Tmexxija ta' Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta' Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir.
Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat relattiv, hija kkonkludiet li kien hemm ksur tal-paragrafi 34 u 44 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir. Għalhekk, wara li rat l-artikolu 41 u l-Ħames Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir hija mponiet penali amministrattiva fl-ammont ta' ħames mitt Lira Maltija (Lm500).
Akkuża fir-rigward tal-Programm "Kalamita" fuq One TV
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar il-programm "Kalamita" li xxandar fuq One TV fid-29 t'Ottubru, 2007. Fl-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 4, 9, 13, 25, 30 u 34 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità kellha wkoll akkuża oħra fir-rigward ta' l-istess programm tat-2 ta' Novembru, 2007 fejn ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 4, 9, 13, 25 u 34 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir u tal-paragrafu 3.2 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta' l-2007 dwar it-Tmexxija ta' Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta' Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir.
Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat relattiv, hija kkonkludiet li kien hemm ksur fiż-żewġ programmi tad-disposizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw it-telebejgħ. L-Awtorità għalhekk, wara li rat il-paragrafi 30 u 34 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir imponiet penali amministrattiva fl-ammont ta' ħames mitt Lira Maltija (Lm 500).
Akkuża fir-rigward tal-Programm “Sellili” fuq NET TV
L-Awtorita’ kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar il-programm "Sellili" tat-22 t'Ottubru, 2007 fuq NET TV.
Fl-akkuża ġie allegat li f'dan il-programm kien hemm ksur ta' l-artikolu 15 u tal-paragrafi 13, 30, 34 u 44 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir skond ma jirriżulta mir-rapport anness.
Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat relattiv, hija kkonkludiet li kien hemm ksur tal-paragrafi 34 u 44 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar ix-Xandir. Wara li l-Awtorità rat l-artikolu 41 u l-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir hija mponiet penali amministrattiva fl-ammont ta' ħames mitt Lira Maltija (Lm500).
Mario Axiak M.B.A 10 ta' Diċembru, 2007
Kap, Komunikazzjoni u Ricerka Ref: 65/01, 63/01, 64/01