Akkużi

Media Release 43/08

 

Akkuża fir-Rigward ta’ Radju Hompesch

 

L-Awtorità nnutat l-ittra datata 6 ta’ Mejju, 2008 li permess tagħha l-istazzjon ammetta l-akkuża li dan kiser il-paragrafu 2(c)(ii) u 3 (f) ta’ l-Ewwel Skeda kif ukoll il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir billi dan naqas li jżomm recording tal-programmi mxandra, xandar programmi tal-aħbarijiet nazzjonali u semma ditta kummerċjali b’ħabi.

L-Awtorità nnutat u aċċettat l-ammissjoni ta’ l-istazzjon li kien ħati ta’ ksur tal-liġi, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li kien instab ħati ta’ dan il-ksur, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jerġax jirrepeti tali aġir filwaqt li enfasizzat l-importanza li l-istazzjon jimxi mal-kundizzjonijiet kollha tal-liċenzja tiegħu.

 

 

Akkuża fir-Rigward ta’ Radju Sokkors

 

L-Awtorità nnutat l-ittra tiegħek datata 6 ta’ Mejju, 2008 li permezz tagħha l-istazzjon ammetta l-akkuża li kiser il-paragrafu 2(c)(ii) ta’ l-Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir billi dan naqas li jżomm recording tal-programmi mxandra.

L-Awtorità nnutat u aċċettat l-ispjegazzjoni ta’ l-istazzjon u peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, l-Awtorità ddeċidiet li għandha twiddeb lill-istazzjon biex ma jerġax jirrepeti tali aġir filwaqt li enfasizzat l-importanza li l-istazzjon jimxi mal-kundizzjonijiet kollha tal-liċenzja tiegħu.

 

 

Akkuża fir-rigward ta’ Energy FM

 

L- Awtorità kellha quddiemha akkuża kontra l-istazzjon Energy FM. 

Fl-akkuża ġie allegat li li dan kiser il-paragrafu tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li sar reklamar għal ditti kummerċjali b’ħabi.   

Wara li semgħet il-Kap Eżekuttiv u l-istazzjon u rat il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità sabet l-istazzjon ħati tal-ksur tal-liġi tar-reklamar, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jerġax jirrepeti tali aġir.

 

 

Akkuża fir-rigward ta’ Deejays Radio

 

L- Awtorità kellha quddiemha akkuża kontra l-istazzjon Deejays Radio

Fl-akkuża ġie allegat li li dan kiser il-paragrafu 2(c)(ii) ta’ l-Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li l-istazzjon naqas li jżomm recording tal-programmi mxandra.

Wara li semgħet il-Kap Eżekuttiv u wara  li  ħadet nota ta’ dak li ntqal mill-istazzjon u rat il-paragrafu 2(c)(ii) ta’ l-Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità sabet li l-istazzjon naqas li jżomm log tapes tax-xandir kollu li jiġi trasmess u għalhekk kien ħati ta’ ksur tal-liġi, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati,  l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jerġax jirrepeti tali aġir.

 

 

Akkuża fir-rigward ta’ BKR Radio

 

L- Awtorità kellha quddiemha akkuża kontra l-istazzjon BKR Radio.

Fl-akkuża ġie allegat li li dan kiser il-paragrafu 2(c)(ii) u 3 (f) ta’ l-ewwel skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li l-istazzjon naqas li jżomm recording tal-programmi mxandra u xandar programm tal-analiżi tal-gazzetti.

Wara li semgħet il-Kap Eżekuttiv u ħadet nota ta’ dak li ntqal mill-istazzjon u wara li rat il-paragrafu 2(c)(ii) u 3(f) ta’ l-ewwel skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità sabet l-istazzjon ħati ta’ ksur tal-liġi, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jerġax jirrepeti tali aġir.

 

 

Akkuża fir-rigward ta’ BIG FM

 

L- Awtorità kellha quddiemha akkuża kontra l-istazzjon BIG FM. 

Fl-akkuża ġie allegat li li dan kiser il-paragrafu tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li ssemmew ismijiet ta’ garages, ħwienet u ditti kummerċjali b’ħabi. 

L-Awtorità ħadet nota ta’ l-ispjegazzjoni ta’ l-istazzjon u l-miżuri li dan ħa biex l-ismijiet ta’ ħwienet u ditti kummerċjali ma jerġgħux jissemmew u wara li semgħet il-Kap Eżekuttiv u rat il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità sabet l-istazzjon ħati tal-ksur tal-liġi tar-reklamar, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jerġax jirrepeti tali aġir.

 

 

Akkuża fir-rigward tal-programm “Kalamita”

 

L- Awtorità kellha quddiemha akkuża fir-rigward tal-programm “Kalamita”.

Fl-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 13, 31 u 34 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir. 

Wara li semgħet il-Kap Eżekuttiv u wara li rat l-artiklu 41 tal-Ħames Skeda u l-paragrafi 13, 31 u 34  tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità sabet li l-istazzjon kien ħati ta’ l-akkużi miġjuba kontrih u ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbgħa w sittin Ewro (€1,164), ekwivalenti għal ħames mitt Lira Maltija (Lm500), liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni.

L-Awtorita' ddiriġiet lill-istazzjon biex jaqra sunt ta’ din id-deċiżjoni fil-bulettin prinċipali ta’ l-aħbarijiet ta’ One News  mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis, 22 ta’ Mejju, 2008.

 

 

Akkuża fir-rigward tal-programm “Tant Ieħor”

 

L- Awtorità kellha quddiemha akkuża fir-rigward tal-programm “Tant Ieħor”.

Fl-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 4, 9, 13 u 20(c) tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir kif ukoll taċ-ċirkolarijiet 42/07 u 52/07 dwar Sponsorship u Reklamar.

Wara li semgħet il-partijiet u rat il-paragrafi 4, 9, 13, u 20 (c) tat-Tielet Skeda dwar l-Att dwar ix-Xandir u taċ-ċirkolarijiet 42/07 u 57/07, l-Awtorità sabet li kien hemm ksur tar-regolamenti, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali aġir.

 

                                                         

Akkuża fir-rigward tal-programm “Bejn il-Basla u Qoxritha”

 

L- Awtorità kellha quddiemha akkuża fir-rigward tal-programm “Bejn il-Basla u Qoxritha”.

Fl-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 3.1. 7 u 10  tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet  fil-Mezzi tax-Xandir.

L-Awtorità nnutat li għat-tielet darba r-rappreżentanti ta’ l-istazzjon m’attendewx għas-smigħ ta’ l-akkuża u l-Awtorità ddeċidiet li n-nuqqas ta’ attendenza min-naħa tar-rappreżentanti ta’ l-istazzjon kellha titqies bħala ammissjoni ta’ l-akkuża.

Wara li rat il-paragrafi 3.1, 7 u 10  tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika  ta’ l-2007  dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet fuq il-Mezzi tax-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva ta’ disa’ mija wieħed u tletin Ewro (€931) ekwivalenti għall-Lm400, liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni u li sunt ta’ din id-deċiżjoni għandha tinqara fil-bulettin prinċipali ta’ l-Aħbarijiet ta’ Smash TV mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 22 ta’ Mejju, 2008.

 

Mario Axiak                                                                                                                                                                   21 ta’ Mejju 2008

Kap Riċerka u Komunikazzjoni                                                  

Awtorita’ tax-Xandir