Stqarrija 42/07
Xandir bir-Radju Diġitali
L-Awtorita' tax-Xandir tfakkar lil dawk il-kumpaniji kollha interessati li jxandru bir-radju diġitali illi mil-lum it-Tnejn, l-1 ta’ Ottubru 2007 hija bdiet tilqa’ applikazzjonijiet għal xandir bir-radju diġitali skond l-Avviż Legali 199 ta’ l-2007.
Kull min huwa interessat li jxandar bir-radju diġitali għandu jiġbor kopja tal-formola ta’ l-applikazzjoni mill-uffiċju ta’ l-Awtorita' tax-Xandir f’7 Mile End Road, Hamrun HMR1719 jew jitlob kopja elettronika billi jibgħat e-mail fuq l-indirizz info@ba-malta.org.
Mario Axiak 1 t’Ottubru 2007
Kap Riċerka u Komunikazzjoni Ref 26/05
Awtorita' tax-Xandir