Media Release 38/07
Akkuża fir-rigward tal-Programm “Cinderella Plus” fuq NET TV
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-Kap Esekuttiv dwar il-programm “Cinderella Plus” ta’ l-1 ta’ Ġunju, 2007 li xxandar fuq NET TV.
Fl-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir skond ma rriżulta mir-rapport relattiv.
Wara li l-Awtorità rat il-filmat relattiv u semgħet kemm il-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon hija kkonkludiet li l-akkuża ġiet ippruvata peress li ma kienx hemm separazzjoni bejn il-kontenut editorjali tal-programm u dak reklamatorju.
Wara li l-Awtorità rat il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda u l-artikolu 41 tal-Att dwar ix-Xandir u kkonstatat li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm kien qed jinstab ħati ta’ ksur tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità widdbet lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali aġir.
Akkuża fir-rigward tal-Programm “Cinderella Plus” fuq NET TV
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-Kap Esekuttiv dwar il-programm “Cinderella Plus” tat-8 ta’ Ġunju, 2007 li xxandar fuq NET TV.
Fl-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir skond ma rriżulta mir-rapport relattiv.
Wara li l-Awtorità rat il-filmat relattiv u semgħet kemm il-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon hija kkonkludiet li l-akkuża ġiet ippruvata peress li ma kienx hemm separazzjoni bejn il-kontenut editorjali tal-programm u dak reklamatorju.
Wara li l-Awtorità rat il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda u l-artikolu 41 tal-Att dwar ix-Xandir u kkonstatat li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm kien qed jinstab ħati ta’ ksur tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità widdbet lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali aġir.
Akkuża fir-rigward ta’ PBS Ltd.
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar xandiriet tas-siegħa orarja bejn is-7.00p.m. u t-8.00p.m. tad-9 ta’ Lulju 2007 fuq TVM.
Fl-akkuża ġie allegat illi kien hemm ksur tal-paragrafi 24 u 25 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li kien hemm aktar minn 12-il minuta ta’ reklamar f’siegħa orarja.
Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon hija kkonkludiet li l-akkuża ġiet ippruvata. Wara li rat il-paragrafi 24 u 25 tat-Tielet Skeda, il-Ħames Skeda u l-artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità imponiet penali amministrattiva fl-ammont ta’ ħames mitt Lira Maltija (Lm500) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar. L-Awtorità dderiġiet lill-PBS Ltd. skond artikolu 15 ta’ l-Att dwar ix-Xandir biex jaqra sunt ta’ din id-deċiżjoni fil-bulettin prinċipali tal-aħbarijiet ta’ TVM mhux aktar tard minn nhar is-Sibt, 15 ta’ Settembru, 2007.
Akkuża fir-rigward tal-Programm “TVM Kids” fuq TVM
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar il-programm “TVM Kids” li xxandar fuq TVM fit-23 ta’ Lulju, 2007.
Wara li l-Awtorità rat il-filmat relattiv u semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon hija kienet tal-fehma li l-kliem riprodotti fil-monitoring report u ċjoe’ “… u ġejna ġnien sabiħa Għargħur. Ġnien il-Paċi. Post kwieta ħafna bħalissa. U issa sa naraw programm misterjuża ftit, dwar il-maġika. The Worst Witch” jmorru kontra l-Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb ta’ l-Ilsien Malti. L-Awtorità tinnota wkoll li dan il-programm diġà ngħata twiddiba f’okażżjoni oħra.
Wara li l-Awtorità rat id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija kif ukoll l-artikolu 41 u l-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità imponiet penali amministrattiva fl-ammont ta’ seba’ mija u ħamsin Lira Maltija (Lm750), liema penali għandha titħallas fi żmien xahar. L-Awtorità idderiġiet lill-istazzjon skond l-artikolu 15 ta’ l-Att dwar ix-Xandir biex jaqra sunt ta’ din id-deċiżjoni fil-bulettin prinċipali tal-aħbarijiet ta’ TVM mhux aktar tard minn nhar is-Sibt 15 ta’ Settembru, 2007.
Mario Axiak 13 ta’ Settembru, 2007
Kap Kommunikazzjoni u Riċerka
Awtorità tax-Xandir