Ċirkulari 32/08
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet
Emendi fl-Ortografija tal-Malti
Flimkien ma’ din iċ-ċirkulari qed nehmeż Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 642 ta’ l-2008 li tagħti t-test sħiħ ta’ emendi fl-ortografija tal-Malti kif approvati mill-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti.
Qed nehmeż ukoll ktejjeb elettroniku maħruġ mill-istess Kunsill dwar il-Varjanti Ortografiċi. Ġentilment nitolbok biex iġġib dan id-dokument għall-attenzjoni ta’ l-impjegati kollha ta’ l-istazzjon tiegħek u tal-produtturi indipendenti. Huwa importanti li x-xandara josservaw dawn ir-regoli l-ġodda peress li d-Dipartiment tal-Monitoring se jkun qed jivverifka dan.
Dr Kevin Aquilina
Kap Eżekuttiv 1 t’Awissu 2008
Awtorita' tax-Xandir