Akkuża fil-konfront tal-programm “On the Road”

Stq: 31/07


Akkuża fil-konfront tal-programm “On the Road”

L-Awtorita’ kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar il-programm On the Road li xxandar fit-30 ta’ Marzu, 2007 fuq One TV.

Fl-akkuża ġie allegat illi f’dan il-programm kien hemm ksur tal-paragrafi 4, 9 u 20 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir.

Wara li l-Awtorita’ rat il-filmat relattiv u semgħet kemm lill-Kap Esekuttiv u lill-istazzjon, hija kkonkludiet li l-akkuża ġiet ippruvata peress illi ntweriet b’mod prominenti showroom tal-karozzi u s-sales agent għamel diskors qabel il-preżentazzjoni tiegħu fuq il-karozzi dwar ix-showroom.  Din il-parti tal-programm li kienet tippubbliċizza x-showroom ma kellhiex x’taqsam xejn mal-fiera tal-karozzi u għalhekk kienet barra minn lokha.  Wara li l-Awtorita’ rat l-paragrafi 4, 9 u 20 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir kif ukoll l-artikolu 41 ta’ l-istess Att hija widbet lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali aġir u dan wara li kkunsidrat li din kienet l-ewwel darba li sar tali ksur f’dan il-programm.

 

Mario Axiak                                                                                                                                                                          5 ta’ Lulju, 2007
Kap Komunikazzjoni u Riċerka
Awtorita’ tax-Xandir                           

BESbswy