Media Release 26/08
Akkuża dwar Bondi Plus
Nagħmel referenza għall-press release li ħareġ is-Sur Jo Said li kienet tikkonsisti f’akkuża li ħareġ il-Kap Esekuttiv ta’ l-Awtorita' tax-Xandir fil-konfront tal-programm Bondi Plus li xxandar fuq TVM.
Il-Kap Esekuttiv jinnota li f’dan l-istadju għad ma hemmx deċiżjoni min-naħa ta’ l-Awtorita' tax-Xandir dwar din l-akkuża peress li l-Awtorita' għad trid tismagħha fis-seduta ta’ nhar it-Tlieta, 4 ta’ Marzu 2008. PBS Ltd. se tikkontesta l-akkuża tal-Kap Esekuttiv ta’ l-Awtorita' tax-Xandir.
L-akkuża tal-Kap Esekuttiv inħarġet wara lment tas-Sur Jo Said fis-sens illi żewġ drittijiet ta’ risposta li huwa talab lil TVM ma xxandrux f’Bondi Plus.
Wara li l-Awtorita' tisma’ kemm lill-Kap Esekuttiv, lis-Sur Jo Said u lill-PBS Ltd., hija tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi dwar din l-akkuża.
Mario Axiak 28 ta’ Frar 2008
Kap Riċerka u Komunikazzjoni Ref 16/08, 65/01
Awtorita' tax-Xandir