Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 - Dibattitu bejn Dr Gonzi u Dr Muscat

Ċirkolari 22/13 

 

Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 

Dibattitu bejn Dr Gonzi u Dr Muscat 

 

Għada l-Erbgħa, 6 ta’ Marzu 2013 fis-2:00pm se jsir rekording ta’ Dibattitu bejn il-Mexxej tal-Partit Nazzjonalista u l-Mexxej tal-Partit Laburista fis-sensiela ta’ programmi bħala parti mill­iskema ta’ xandiriet politiċi organizzati mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013. 

Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija. 

Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l-Erbgħa, 6 ta’ Marzu sad­

9:00 ta’ filgħodu. Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx jidħlu fil-bini tal-PBS biex isegwu dan id-dibattitu. 

Peress li r-rikording se jibda fit-2:00pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il-fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-1:30pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmati qabel ir-rekording. 

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira huwa embargoed sa 9:45 ta’ filgħaxija. 

 

Mario Axiak 

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

5 ta’ Marzu 2013