Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 Konferenza tal-Aħbarijiet

Ċirkolari 21/13 

Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 

Konferenza tal-Aħbarijiet 

Ir-rekording tal-Konferenza tal-Aħbarijiet fis-sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir skedata għal-llum, it-Tlieta 5 ta’ Marzu 2013 ġiet mressqa l-quddiem b’nofs siegħa u ser jibda’ fis-2:00pm

Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il­fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-1.45pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmat qabel ir-rekording. Peress li r-rikording se jibda fit-2:00pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. 

Għal din il-konferenza il-kelliemi tal-Partit Nazzjonalista Dr. Simon Busuttil se jkun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Is-suġġett se jkun: “Futur fis-Sod”. 

Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija. 

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira ma jistax jixxandar fuq mezzi oħra qabel 9:45pm ta’ filgħaxija. 

 

Mario Axiak 

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

5 ta’ Marzu 2013