Repeats ta’ Programmi Televizivi

Repeats ta’ Programmi Televizivi

 

L-Awtorità nnutat li matul is-sajf tas-sena li għaddiet kien hemm repeats ta’ programmi li ma kienux indikati bl-ittra “R” li kienu repeats.

L-Awtorità qed tiddiriġi lill-istazzjonijiet tat-televizjoni illi kull darba li programm jigi ripetut, tittella’ l-kelma “Repetizzjoni” fuq l-iscreen u din il-kelma ghandha tidher fl-ewwel tlettin sekonda tal-programm u mbaghad tintuza l-ittra “R” tul il-programm kollu.

Terga’ waqt programmi ripetuti, mhux l-ewwel darba li jkun hemm xi kompetizzjoni jew jidhru n-numri tat-telefon jew ta’ l-SMS fejn it-telespettatur ikun jista’ jċempel. F’dawn il-każijiet huwa importanti li jew din il-parti tal-programm tigi mneħħija jew jekk dan ma jkunx possibbi tittella’ caption li tgħid li “Peress li dan il-programm huwa repetizzjoni, il-kompetizzjoni m’ghadhix valida” jew li t-telefonati u l-SMS’s m’għadhomx japplikaw jew kliem f’dan is-sens ħalli b’hekk it-telespettatur ikun infurmat li dak huwa programm ripetut.

 

Dr Kevin Aquilina
Kap Eżekuttiv
27 ta’ Mejju 2008
Ref 88/07, 45/00