Stqarrija għall-Istampa
Press Release
1 ta’ Diċembru 2020
PR 18/20
Notifika dwar tibdil fl-Audience Assessment tal-Awtorità tax-Xandir
Matul dawn l-aħħar snin, l-Awtorità tax-Xandir irċeviet għadd ta’ suġġerimenti minn stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju kif ukoll minn produtturi ta’ programmi, dwar l-istħarriġ tal-udjenzi li l-Awtorità ilha twettaq u tippubblika għal diversi snin.
L-Awtorità ħasset li wasal iż-żmien li tirrevedi dan l-istħarriġ u fil-fatt f’dawn l-aħħar ġimgħat kienet qed tiddiskuti internament liema riformi jistgħu jġibu din il-bidla. Dan wassal biex l-istħarriġ tal-udjenza li normalment kien isir f’Ottubru/Novembru mhux se jsir din is-sena.
Minflok ser ikun qed isir stħarriġ b’mod xi ftit differenti għal matul ix-xahar ta’ Diċembru 2020. Ir-rapport tiegħu se jkun qed jiġi ppubblikat matul it-tieni nofs ta’ Jannar 2021.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
1 ta’ Diċembru 2020