Akkużi

Stqarrija 18/07

 

Akkuża fir-rigward ta’ TVM: “118”

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża dwar il-programm “118” li xxandar fit-22 ta’ Frar 2007.

Fl-akkuża [ie allegat li kien hemm ksur ta’ l-artikoli 20(1) u 20(2) ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-paragrafu 2.1 tal-Linji Gwida dwar Xorb Alkoħoliku, u l-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir.

Wara li l-Awtorità rat il-filmat relattiv u l-akkuża dwar dan il-programm u nnutat li l-istazzjon naqas milli jattendi għas-seduta bla ma ta ebda ra[uni valida, l-Awtorità pproċediet biex tikkunsidra l-akkuża. L-Awtorità kkonkludiet li l-akkuża [iet ippruvata peress illi f’parti mill-programm il-preżentatriċi tidentifika l-istabbiliment li minnu xxandret ir-rokna in kwistjoni kif ukoll ssemmiet il-brand name ta’ l-inbid in kwistjoni u dan bi ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità nnutat ukoll li dan l-istess programm [a’ kellu tliet każijiet oħra fejn instab ħati ta’ ksur tal-li[i. Wara li rat il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda, l-artikolu 41 u l-}ames Skeda, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ ħames mitt Lira Maltija (Lm500), liema penali għandha titħallas fi żmien xahar.

L-Awtorità dderi[iet lill-istazzjon biex jaqra sunt ta’ din id-deċiżjoni mhux aktar tard minn nhar il-Erbgħa, 11 ta’ April 2007 fil-bullettin prinċipali ta’ l-aħbarijiet ta’ TVM. Fl-aħħarnett, l-Awtorità trid tagħmilha ċara minn issa li f’każ ta’ ksur ripetut tal-li[i da parti ta’ l-istazzjon fil-programm imsemmi hija se tikkunsidra miżuri aktar iebsin li jistgħu jinkludu t-twaqqif tax-xandir tal-programm “118” jew ta’ parti minnu u dan sabiex jiġi żgurat li l-li[i ti[i obduta.

 


Akkuża fir-rigward ta’ TVM: “118”

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża dwar il-programm “118” li xxandar fit-20 ta’ Frar 2007.

Fl-akkuża [ie allegat li kien hemm ksur ta’ l-artikoli 20(1) u 20(2) ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-paragrafu 2.1 tal-Linji Gwida dwar Xorb Alkoħoliku, u l-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir.

Wara li l-Awtorità rat il-filmat relattiv u l-akkuża dwar dan il-programm u nnutat li l-istazzjon naqas milli jattenti għas-seduta bla ma ta ebda ra[uni valida, l-Awtorità pproċediet biex tikkunsidra l-akkuża. L-Awtorità kkonkludiet li l-akkuża [iet ippruvata peress illi f’parti mill-programm il-preżentatriċi tidentifika l-istabbiliment li minnu xxandret ir-rokna in kwistjoni kif ukoll ssemmiet il-brand name ta’ l-inbid in kwistjoni u dan bi ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità nnutat ukoll li dan l-istess programm [a’ kellu tliet każijiet oħra fejn instab ħati ta’ ksur tal-li[i. Wara li rat il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda, l-artikolu 41 u l-}ames Skeda, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ ħames mitt Lira Maltija (Lm500), liema penali għandha titħallas fi żmien xahar.

L-Awtorità dderi[iet lill-istazzjon biex jaqra sunt ta’ din id-deċiżjoni mhux aktar tard minn nhar il-Erbgħa, 11 ta’ April 2007 fil-bullettin prinċipali ta’ l-aħbarijiet ta’ TVM. Fl-aħħarnett, l-Awtorità trid tagħmilha ċara minn issa li f’każ ta’ ksur ripetut tal-li[i da parti ta’ l-istazzjon fil-programm imsemmi hija se tikkunsidra miżuri aktar iebsin li jistgħu jinkludu t-twaqqif tax-xandir tal-programm “118” jew ta’ parti minnu u dan sabiex jiġi żgurat li l-li[i ti[i obduta.

 


Akkużi dwar Programmi fuq Calypso 101.8

 

L-Awtorità kellha quddiemha sitt akkużi dwar sitt programmi differenti li xxandru fuq Calypso 101.8 fil-5 u fis-6 ta’ Marzu 2007. Fl-akkużi ġie allegat ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir. B’mod partikolari l-programmi in kwistjoni xxandru minn stabbiliment partikolari u l-preżentaturi anke għaddew kummenti ta’ natura reklamatorja waqt il-programmi rispettivi dwar l-istabbiliment in kwistjoni.

L-Awtorità nnutat ukoll li l-istess stazzjon kien ġa’ ammetta f’żewġ okkażjonijiet oħra preċedenti u ħallas il-penali amministrattiva relattiva meta ġie reinfaċċat bl-istess xorta ta’ akkużi. L-Awtorità nnutat ukoll id-dikjarazzjoni tal-Kap Esekuttiv illi l-akkużi kienu qed joħorġu u kienu se jkomplu joħorġu għal kull programm u mhux għal kull ġurnata ta’ xandir.

L-Awtorità, għalhekk, wara li rat il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda, l-artikolu 41 u l-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir u wara li rat l-ammissjoni ta’ l-istazzjon dwar is-sitt akkużi in kwistjoni ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ ħames mitt Lira Maltija (Lm500) fil-każ ta’ programmi li xxandru fil-5 ta’ Marzu 2007 u ta’ ħames mitt Lira Maltija (Lm500) oħra fil-każ tal-programmi li xxandru fis-6 ta’ Marzu 2007. Il-penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf Lira Maltija (Lm1,000) għandha titħallas fi żmien xahar. Sunt ta’ din id-deċiżjoni għandha tinqara fil-bullettin prinċipali ta’ Calypso FM mhux aktar tard minn nhar il-Erbgħa, 11 ta’ April 2007. L-Awtorità widdbet ukoll lill-istazzjon li l-akkużi futuri se jkomplu jinħarġu fuq bażi ta’ programm u mhux ta’ ġurnata.

 


Mario Axiak                                                                                                                                                                        10 t’April 2007
Kap Komunikazzjoni u Riċerka                                                       
Awtorità tax-Xandir