Ċirkolari 15/13
Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013
Dibattitu Politiku
Għada l-Erbgħa, 27 ta’ Frar 2013 fis-2:30pm se jsir rekording ta’ Dibattitu Politiku fis-sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013.
Għal din id-dibattitu s-suġġett magħżul mill-Partit Laburista huwa:
“Uċuh Maltin, Poplu Wieħed”
Għal dan id-dibattitu ser jipparteċipaw Dr Luciano Busuttil u s-Sur Chris Fearne għall-Partit Laburista; Dr Simon Busuttil u Dr Beppe Fenech Adami għall-Partit Nazzjonalista; u s-Sur Mario Mallia għall-Alternattiva Demokratika. Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq irradju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija.
Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l-Erbgħa, 27 ta’ Frar 2013 sad-9:00 ta’ filgħodu. Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq info.ba@ba.org.mt ma jitħallewx isegwu dan id-dibattitu.
Peress li r-rikording se jibda fit-2:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il-fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-2.15pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmat qabel ir-rekording.
Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira ma jistax jixxandar fuq mezzi oħra qabel 9:45pm ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
26 ta’ Frar 2013